Sliema Waterpolo Logo
Champions Logo 2

Sliema McDonald’s jisfurzaw ir-raba’ loghba

06-09-2012



lorrizont logo


Kampjonat BOV Premier Playoff Finali 3


Neptunes Emirates      8

Sliema McDonalds’s    11
(1-2, 2-4, 3-1, 2-4)


Sliema dehru aktar preparati ghal din it-tielet finali u wrew aktar determinazzjoni mill-avversarji taghhom. Huma kisbu rebha wara z-zewg telfiet iebsin li kellhom qabel u issa z-zewg timijiet jilghabu r-raba’ loghba nhar is-Sibt, 8 ta’ Settembru, fejn Sliema, b’rebha,  jisfurzaw ukoll il-hames loghba.

 

Sliema kienu minn fuq tul il-loghba kollha bin-Neptunes darbtejn jaslu sa gowl ‘il boghod tul il-loghba. Sliema kienu decizi li jzommu l-vantagg taghhom u spiccaw fuq nota tajba ukoll meta kellhom ragel aktar fl-ilma minhabba t-tkeccija ta’ Michele Stellini minghajr sostituzzjoni fl-ahhar minuta tal-loghba.

 

Sliema hadu vantagg doppju fl-ewwel sessjoni imma c-cham-pions renjanti rnexxielhom inaqqsu d-distakk sakemm ghalqet it-taqsima. Fit-tieni perjodu, tliet gowls mid-distanza fethu vantagg Slimiz qabel ma’ Steve Camilleri kellu twegiba ghan-Neptunes.

 

Izda John Soler xorta zamm vantagg ta’ tliet gowls sal-intervall meta Sliema kienu 6-3 minn fuq.

 

Hawnhekk Neptunes bidlu l-gowlkiper, Ian Bugeja, fejn minfloku dahal bejn il-lasta Ryan Sciortino. Wara l-intervall Sliema komplew izidu l-vantagg però Neptunes kellhom l-ahjar perjodu fil-loghba meta skorjaw tliet darbiet minghajr risposta, tnejn minnhom ta’ Alex Ciric, biex meta bdiet l-ahhar sessjoni, il-vantagg ta’ Sliema nizel ghal gowl wiehed.

 

Is-Slimizi però regghu fethu l-vantagg taghhom u kienu ta’ xejn l-isforzi ta’ Neptunes biex isalvaw il-loghba, li ghalqet bil-penalty ta’ Ferenc Salamon ghas-Sliema li ghamel l-iskor finali 11-8.

 

Neptunes: I. Bugeja, N. Lanzon, E. Aquilina, M. Stellini, Z. Mizzi, A. Ciric 3, S. Camilleri 4, J. Camilleri, G. Pace, S. Gravina, R. Sciortino, T. Molnar 1, C. Mercieca

 

Sliema: I. Gergely, J. Gabaretta, N. Lubrano, P. Privitera 3, M. Meli 1, J, Soler 2, D. Paulella, J. Brownrigg, D. Debono, F. Salamon 4, J. Falzon 1, M. Spiteri Staines, R. Coleiro

 

Referis: I. Schiriha, A. Severo