Sliema Waterpolo Logo
Champions Logo 2

Sliema McDonald’s jirbhu l-ewwel loghba

23-08-2012



L-Orrizont

 

Playoff Semifinali

 

Sliema McDonalds’s    12
San Giljan Giuseppe’s    10
(2-2, 1-3, 4-2, 5-3)

 

Sliema gew minn zvantagg f’nofs il-loghba biex ghamlu l-ewwel pass biex jiksbu post fil-finali kontra Neptunes Emirates, post li kienu fallew bit-telfa ta’ ftit jiem ilu kontra Sirens Ritter Sport.


Sliema kellhom lura lil Malti-Awstraljan, James Falzon, filwaqt li San Giljan Giuseppe’s irkupraw lil Christian Gialanze li tilef l-ahhar zewg loghbiet.


Loghba li rat lil San Giljan jirkupraw zvantagg fl-ewwel per-jodu, imbaghad kienu l-ahjar tim fit-tieni taqsima minkejja illi Boris Letica ra l-penalty tieghu salvat minn Gergely.


F’nofs il-loghba San Giljan kellhom vantagg ta’ zewg gowls, izda wara l-intervall Sliema dawwru l-iskor bil-loghob sod ta’ John Soler u marru fil-vantagg. 


San Giljan irkupraw biex reg-ghu hadu l-vantagg izda gowl iehor ta’ Soler ghamel l-iskor 7-7 meta bdiet l-ahhar taqsima. 


Hawnhekk kellna dominju mit-tim Slimiz li permezz ta’ erba’ gowls minghajr twegiba kisbu r-rebha. Il-Giljanizi gew lura b’zewg gowls imma John Privitera issigilla r-rebha ta’ Sliema fl-ahhar hinijiet Iz-zewg timijiet jiltaqghu fit-tieni loghba ghada. 


Sliema: I. Gergely, J. Gabaretta 1, N. Lubrano, P. Privitera 1, M. Meli, J, Soler 6, D. Paulella 1, J. Brownrigg 1, D. Debono, F. Salamon 2, C. Cluett, M. Spiteri Staines, J. Falzon

 

San Giljan: D. Camilleri, J. C. Cutajar, N. Sutic 6, K. Galea, K. Dowling, M. Zammit 2, B. Letica 2, A. Bianchi 1, K. Mock, C. Gialanze 1, P. Fava, D. Abela, M. Pisani

 

Referis: M. Dalli, G. Lo Dico