Sliema Waterpolo Logo
Champions Logo 2

Sliema jsahhu posthom fil-quccata

04-08-2012



It-Torca


B’din ir-rebha Sliema McDonald’s sahhew posthom f’ras il-klassifika kif ukoll irnexxielhom jiehdu l-ewwel rebha minn tliet loghbiet dan l-istagun fuq San Giljan Giuseppe’s. 


Sliema dehru l-aktar tim ippreparat u wara li fethu tajjeb fl-ewwel taqsima meta hadu vantagg ta’ tliet gowls, huma ma harsux lura biex komplew ziedu l-vantagg u f’nofs il-loghba huma kienu hames gowls fuq l-avversarji taghhom.


Minn hemm ‘il quddiem is-Slimizi setghu jamministraw dan il-vantagg minghajr wisq tbatija bil-Giljanizi ftit joffru oppozizzjoni bil-ghan li jnaqqsu mill-izvantagg taghhom.


B’dan ir-rizultat, dawn tal-ahhar waqghu sitt punti taht is-Sliema kif ukoll ghandhom zvantagg ta’ zewg punti minn ma’ Neptunes Emirates b’dawn tal-ahhar jilghabu loghba anqas. 


San Giljan: D. Camilleri, J. C. Cutajar, D. Abela, K. Galea 2, K. Dowling, M. Zammit 1, B. Letica, A. Bianchi 1, R. Mock, C. Gialanze, P. Fava, B. Rath 1, M. Pisani


Sliema McDonald’s: I. Gergely, J. Gabaretta 1, N. Lubrano, P. Privitera 2, M. Meli 2, J. Soler 1, D. Paulella, J. Brownrigg, C. Debono, F. Salamon 2, C. Cluett, M. Spiteri Staines 1, R. Coleiro,


Referis: M. Angileri, F. Ricciotti